Gruppi ta' ħidma
Introduzzjoni
Ġew stabbiliti disa' gruppi ta' ħidma tematiċi biex iħejju x-xogħol tal-Plenarja tal-Konferenza.
Il-kompożizzjoni tagħhom tirrifletti l-proporzjonijiet bejn id-diversi komponenti tal-Plenarja. Il-gruppi ta' ħidma jagħtu l-kontribut tagħhom biex jitħejjew id-dibattiti u l-proposti tal-Plenarja fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Panels taċ-Ċittadini fil-livell nazzjonali u Ewropew u tal-kontributi fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi, fi ħdan il-parametri tad-Dikjarazzjoni Konġunta u tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-gruppi ta' ħidma se jiddiskutu d-diversi kontributi u rakkomandazzjonijiet u se jaħdmu fuq il-bażi tal-kunsens tad-diversi komponenti. Il-President ta' kull grupp ta' ħidma, flimkien mal-portavuċi tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej fi ħdan il-grupp, se jippreżenta r-riżultati lill-Plenarja. Din tal-aħħar imbagħad tiddiskuti u tivvota l-proposti li se jagħmlu parti mir-rakkomandazzjonijiet finali lill-Bord Eżekuttiv.
Is-Segretarjat Komuni tal-Konferenza se jfassal rendikont sommarju tal-gruppi ta' ħidma, taħt l-gwida tal-President u f'konsultazzjoni mal-membri ta' kull grupp ta' ħidma.
Aktar informazzjoni dwar il-gruppi ta' ħidma tal-Konferenza hija disponibbli hawn: Gruppi ta' ħidma - Mandat.