Merħba mill-Kopresident tal-Konferenza

Din il-paġna nħolqot biex tkun tista' ssib aġġornamenti dwar l-involviment tal-MPE fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Unjoni, it-tliet istituzzjonijiet tal-UE u l-parlamenti nazzjonali ltaqgħu biex jiddiskutu direttament maċ-ċittadini Ewropej u jagħtuhom l-opportunità li jaqsmu l-ideat tagħhom dwar il-futur komuni tagħna.

Dan huwa esperiment fid-demokrazija deliberattiva bbażata fuq pjattaforma li aħna, bħala rappreżentanti eletti direttament mill-Ewropej kollha, għandna għal qalbna ħafna. 108 membri tal-Parlament Ewropew huma parti mill-plenarja tal-Konferenza, fejn il-proposti taċ-ċittadini jiġu diskussi. Il-konklużjonijiet li għandhom jinħarġu minn dan il-proċess se jagħmluh aktar minn eżerċizzju ta' smigħ: dan huwa l-mod tagħna kif insibu tweġibiet komuni għall-ideat, it-tamiet u l-biżgħat taċ-ċittadini.

Bħala Kopresident tal-Konferenza, għandi l-unur li mmexxi d-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew. Flimkien, se niżguraw li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tikseb impetu qawwi, ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-UE xierqa għall-iskop tagħha fis-seklu 21, u nressqu l-proġett kondiviż tagħna eqreb taċ-ċittadini.

Guy Verhofstadt jitkellem
Guy Verhofstadt (Renew Europe, BE) Kopresident tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa